Knejjes u Kappelli
Knisja Parrokkjali tal-Għasri
Il-knisja tar-raħal, iddisinjata minn qassis lokali, Dun Guzepp Diacono, inbniet kmieni fis-seklu għoxrin. L-ewwel ġebla tagħha tpoġġiet fis-6 ta’ Settembru 1903. Fid-9 ta’ Jannar 1916 ġiet imbierka u kkonsagrata l-Knisja Parrokkjali ta’ L-Għasri lill-Ġisem Imbierek ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Dak iż-żmien, il-viċi-parroċċa tar-raħal kienet dik ta’ San Ġakbu, knisja kbira frekwentata sew min-nies tal-post; imma l-għażla ta’ parroċċa waqgħet fuq il-kappella ċkejkna ddedikata lill-Madonna tal-Grazzji. Dan kien minħabba d-devozzjoni intensa li dan is-santwarju kien diġà ġibed lejh sa mill-jiem stess tat-twaqqif tiegħu bħala kappella umli żgħira ħafna ddedikata lill-Omm tal-Grazzji.

Il-Bażilika tal-Patroċinju ta’ Marija Bambina
Din il-kappella ċkejkna li tinsab fit-tarf ta’ Triq il-Knisja u fil-bidu ta’ Triq Wied il-Għasri kienet l-ewwel bażilika fil-gżira Għawdxija. Il-kappella wara li reġgħet inbniet diversi drabi matul diversi epoki, ġiet aggregata mal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma. Għalhekk mit-3 ta’ Settembru 1786, din il-kappella ma baqgħetx taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi lokali. Ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Vincenzo Labini fl-10 ta’ Mejju 1789. Ir-Rettur ta’ dak iż-żmien kien Dun Dun Guzepp Schembri (1776-1821).
Din il-kappella għalhekk, saret l-ewwel u għall-161 sena ta' wara, l-unika kappella tal-pajjiż li ġiet ikkonsagrata f'Għawdex. Il-pittura tal-Patroċinju ta’ Marija Bambina fuq l-artal maġġur tpinġiet fl-1739 minn Francesco Zahra.
Ir-rettur preżenti huwa l-Kanonku Ġużepp Zammit li ilu jmexxi din il-kappella u jieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħha bl-aktar dedikat mill-21 ta’ Novembru 1966. Il-festa tal-Madonna tal-Patroċinju tiġi ċċelebrata kull sena fit-tieni Ħadd ta' Ottubru.

Kappella ta’ San Publju
Din il-kappella tinsab f'karreġġjata barra Triq L-Għammar. Din inbniet mir-Rev Dun Guzepp Cassar (1803 - 1866) fuq il-post ta’ kappella eqdem iddedikata lil San Leonardu.
L-ewwel ġebla tal-Kappella ta' San Publju tqiegħdet fis-26 ta' Lulju 1850. Damet ftit aktar minn sentejn biex tlestiet il-bini tagħha. Ġiet imbierka fl-10 ta’ Ottubru, 1852 mill-Arċipriet tal-Għarb Dun Dun Salv Mizzi.
Iż-żewġ qniepen ta’ din il-kappella jisimhom Publiju u Pawlu. Il-festa ta’ San Publju ssir fit-tielet Ħadd ta’ Jannar.
Żewġ kappelli żgħar umli maġenb xulxin, mibnija fis-seklu 15, kienu ddedikati lil Santa Dumnika u Sant Andrija. Qdew il-bżonnijiet spiritwali ta’ dawk ir-raħħala li kienu jgħixu iżolati fiż-żona, dak iż-żmien magħrufa bħala Rindieghi, u ‘l bogħod mill-kappella tal-Madonna tal-Grazzji. Eventwalment, dawn il-kappelli sabu ruħhom imdawrin b’numru dejjem jiżdied ta’ djar mibnija fit-triq li tagħti għall-Kalkara.