Ġeografija u Storja
Minn “Wied il-Għasri” għal “Wied tas-Seqer”, u minn “Wied il-Mielaħ” għal “Wied Sara”, jinsab ir-raħal żgħir ta’ L-Għasri – raħal tipiku Għawdxi fil-gżira sabiħa ta’ Calypso.
L-Għasri tista' titqies bħala l-iżgħar mill-irħula Għawdxin kollha peress li fir-rigward tal-popolazzjoni tagħha, hija l-iżgħar. Hija tinsab fil-Majjistral tal-gżira u hija madwar 2.5km mir-Rabat – il-belt ewlenija ta’ Għawdex