ATTIVITAJIET ORGANIZZATI MILL-KUNSILL LOKALI — MILIED 2024

Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru 2024 fis-7:00 ta’ filgħaxija — Attivita’ għal kulħadd li tinkludi plays, żfin, kant u farsa mir-residenti tal-Għasri fis-sala tal-MUSEUM. Wara jkun hemm riċeviment u ser jingħata rigal lil kull familja li tkun preżenti għal din l-attivita’.

Ser ikun hemm persuni responsabbli sabiex jiġbru donazzjonijiet favur ALS Malta.

It-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2024 fl-4:00 ta’ wara nofsinhar isir it-tqassim tar-rigali lit-tfal minn Santa Claus.

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru 2024 — Jitqassmu hampers lil dawk il-persuni li huma homebound (minn fuq il-lista’ tal-parroċċa).

L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru 2024 — Ikla tal-Milied għal dawk ir-residenti tal-Għasri li jgħixu waħedhom.