Bajjiet

Wied il-Għasri

Wied il-Għasri għandu s-sors tiegħu fl-Għolja ta’ Dbiegi. Jidawwar minn L-Għasri bejn iż-Żebbuħ u l-Għolja ta’ Giordan u joħroġ fil-baħar bejn irdum impressjonanti għoljin ħafna. Wied il-L-Għasri huwa popolari ħafna mal-għaddasa li jħobbu jesploraw l-għerien taħt l-ilma tal-madwar.

 
Il-bajja dejqa ħafna hija kenn għal dawk li jfittxu żona kwieta għall-għawm. Post interessanti ħafna f’dan il-post huwa għar qrib ix-xatt li fih inħoloq xaft sal-quċċata tal-irdumijiet weqfin. Mitħna magħmula minn diversi pails kienet tiġi armata sabiex jittella’ l-ilma baħar biex jimlew is-salini.